20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/40
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-17/15)
(2015/C 127/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: D. Fouquet, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma temendax ir-rapport ta’ evalwazzjoni 2013 tar-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni adottata fil-31 ta’ Ottubru 2014 mill-Awtorità tal-Ħatra (HR.D.2/AS/ca/Ares82014) bi tweġiba għall-ilment imressaq minn ZZ (Nru R/781/14);
—
tikkundanna lill-konvenuta sabiex tadotta deċiżjoni ġdida għal dan il-każ, billi tosserva l-konklużjonijiet tat-Tribunal, u partikolarment billi tneħħi s-sentenza kkontestata mir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy