20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/41
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-20/15)
(2015/C 127/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ uffiċjali proposti għall-promozzjoni għall-grad AD13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014.
Talbiet tar-rikorrent
—
jikkonstata l-illegalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Diċembru 2013, dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 45 u tal-Komunikazzjoni lill-Kummissjoni suċċessiva tat-18 ta’ Diċembru 2013 li timmodifika r-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-cabinet tal-Membri tal-Kummissjoni u lill-kelliema;
—
jannulla d-deċiżjoni sussegwenti tal-Awtorità tal-Ħatra, innotifikata fl-24 ta’ Ġunju 2014, li r-rikorrent ma jiġix inkluż fuq il-lista ta’ uffiċjali proposti għall-promozzjoni għall-grad AD13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014 previst fl-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn l-imsemmija deċiżjoni ma tikkunsidrax lir-rikorrent bħala li jeżerċita responsabbiltajiet partikolari li jagħtu lok għall-klassifikazzjoni tiegħu f’impjieg tip ta’ “kap ta’ diviżjoni jew ekwivalenti” jew “kunsulent jew ekwivalenti” permezz ta’ assimilazzjoni għall-klassifikazzjoni magħmulha għall-uffiċjali li jkunu kkollokati fil-cabinets skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy