20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/42
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-22/15)
(2015/C 127/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi d-drittijiet tar-rikorrent għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.
Talbiet tar-rikorrent
—
jiddikjara illegali u inapplikabbli l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jannulla d-deċiżjoni li tneħħi kull rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tar-rikorrenti sa mis-sena 2014;
—
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy