20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/42
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-23/15)
(2015/C 127/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent sanzjoni dixxiplinari li tikkonsisti f’ċanfira.
Talbiet tar-rikorrent
—
Jannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ April 2014 tal-Awtorità tal-Ħatra li tapplika għar-rikorrent is-sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira.
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza, b’applikazzjoni tal-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura ta’ dan it-Tribunal.
Full & Egal Universal Law Academy