20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/43
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-24/15)
(2015/C 127/61)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent intiż għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt grupp ta’ funzjonijiet I f’kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju jew alternattivament f’kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt grupp ta’ funzjonijiet III, kif ukoll talba għad-danni għad-dannu morali u materjali allegatament mġarrab.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ tal-11 ta’ April 2014, li tirrifjuta lir-rikorrent il-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt f’kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju jew alternattivament f’kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt grupp III if ukoll id-deċiżjoni konfermattiva u impliċita ta’ ċaħda tal-ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-dani kif ukoll interessi moratorji u kompensatorji b’rata ta’ 6,75 % għad-dannu morali u materjali mġarrab;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy