20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/44
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-26/15)
(2015/C 127/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex tingħatalu l-allowance tal-installazzjoni, wara li ċċaqlaq mill-Jemen għal Brussell, fejn toqgħod il-mara tiegħu, li minnha ssepara, kif ukoll talba sabiex tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent din l-allowance tal-installazzjoni flimkien mal-interessi.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-15 ta’ April 2014;
—
sa fejn hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Novembru 2014;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex iħallas lir-rikorrent l-allowance tal-installazzjoni li hija ekwivalenti għal salarju bażiku ta’ xahar flimkien mal-interessi kkalkolati minn meta dawn is-somom kienu dovuti skont l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy