20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/44
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2015 – ZZ et vs Il-Kunsill
(Kawża F-27/15)
(2015/C 127/63)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali b’applikazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati mir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara illegali u inapplikabbli l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tannulla d-deċiżjonijiet li jwaqqfu r-rimbors kollu tal-ispejjeż tal-ivjaġġar annwali tar-rikorrenti mis-sena 2014;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy