4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/50
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Entreprise Commune ECSEL
(Kawża F-29/15)
(2015/C 146/69)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: Vasileios A.Christianos, avukat)
Konvenuta: Entreprise Commune ECSEL
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Il-ħlas għad-dannu morali allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba l-illegalitajiet imwettqa mill-konvenuta fil-kuntest tar-redazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu għas-sena 2012.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkundanna lill-entreprise commune ECSEL tikkumpensa d-dannu morali kkawżat mill-atti illegali kollha msemmija fir-rikors billi tagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR erbgħin elf (40 000 €) bl-interessi li jibdew jiddekorru mid-data tal-għoti tas-sentenza sal-ħlas komplut;
—
tikkundanna lill-Entreprise Commune ECSEL għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy