4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/50
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – ZZ vs SEAE
(Kawża F-30/15)
(2015/C 146/70)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni meħuda b’eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Frar 2014, mogħtija fil-Kawża F-53/13, Diamantopoulos vs SEAE, li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD12 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2012, u t-talba għad-danni bħala kumpens għad-dannu morali u materjali allegatament imġarrab.
Talbiet tar-rikorrent
—
Jiddikkjara illegali d-deċiżjoni tad-19 ta’ April 2014 li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD12 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2012;
—
jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent kumpens ta’ EUR 25 000;
—
jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy