4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/51
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-31/15)
(2015/C 146/71)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Verlardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-dikjarazzjoni tas-salarju tar-rikorrent tax-xahar ta’ Mejju 2014 safejn fiha aġġustamenti tal-pensjoni ta’ 0 % għas-sena 2011 u ta’ 0,8 % għas-sena 2012, u talba għad-danni u interessi għad-danni materjali allegatament subiti.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati u, fejn meħtieġ, id-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti;
—
jikkundanna lill-konvenut iħallas l-arretrati fuq ir-remunerazzjoni li jikkorrispondu għal adattament tas-salarji u pensjonijiet tagħhom bir-rata ta’ 1,7 % fl-2011 u fl-2012, bħala kumpens għad-dannu materjali finanzjarju, miżjud bl-interessi moratorji bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew, miżjud b’żewġ punti, mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy