1.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/25
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 – ZZ vs SEAE
(Kawża F-34/15)
(2015/C 178/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment dwar il-fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent kontra l-Uffiċjal Kap Operattiv tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ April 2014 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, li tiċħad l-ilment dwar il-fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent kontra l-Uffiċjal Kap Operattiv tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE);
—
tikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy