1.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/26
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2015 – FJ vs Il-Parlament
(Kawża F-38/15)
(2015/C 178/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: FJ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex tittieħed responsabbiltà għal ċerti spejjeż mhux mediċi sostnuti għal ibnu.
Talbiet tar-rikorrent
—
prinċipalment, jiddikjara illegali d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-18 ta’ Ġunju 2014 li ma titteħidx responsabbiltà għal ċerti spejjeż mhux mediċi li ma humiex irrimborsati mill-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard, li jirriżultaw mid-diżabbiltà ta’ iben ir-rikorrent;
—
sussidjarjament, jordna li jinħatar perit inkonformità mal-Artikolu 75 tar-Regoli tal-Proċedura sabiex tiġi ddeterminata r-rata ta’ inkapaċità li tirriżulta mid-diżabbiltà;
—
jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy