1.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/29
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-43/15)
(2015/C 178/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrikonoxxi biss rata ta’ invalidità permanenti parzjali ta’ 2 %, b’riżultat tal-inċident fuq ix-xogħol li kien vittma tiegħu ir-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy