6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/27
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-44/15)
(2015/C 221/36)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Bellotti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni li tiġi maħtura persuna fil-pożizzjoni ta’ kap tal-unità C4 (“Legal Advice”) minflok ir-rikorrent, li kien qiegħed jaġixxa bħala kap tal-unità ta’ din l-unità sa mit-tluq tal-kap tal-unità preċedenti u li ressaq il-kandidatura tiegħu fil-kuntest tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti.
Talbiet
—
Tannulla d-deċiżjoni, bir-referenza Ares (2015)43686, tas-7 ta’ Jannar 2015, li tiċħad l-ilment imressaq fit-30 ta’ Settembru 2014 (Nru R/994/14) abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regoli tal-Persunal;
—
tannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Ġunju 2014 adottata mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, marbuta mal-ħatra tal-kap tal-unità OLAF.C4 (Legal advice);
—
tiddikjara li minħabba l-annullament taż-żewġ deċiżjonijiet iċċitati iktar 'il fuq, il-proċedura ta’ għażla tal-kap tal-unità OLAF.C4 (Legal advice) hija vvizzjata b’illegalità mill-mument tal-konstatazzjoni tal-illegalità;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-kumpens – ex aequo et bono – tad-dannu marbut mat-telf tal-opportunità subit mir-rikorrent f’ammont li ma jkun inqas mis-somma ta’ EUR 10 000;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy