8.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/34
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-46/15)
(2015/C 190/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, N. de Montigny u D. Verbeke, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell li tirrifjuta r-rikonoxximent bħala marda gravi l-marda li jbati minnha r-rikorrent.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-kap tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell, tas-27 ta’ Mejju 2014, li tiċħad it-talba ta’ rikonoxximent tal-marda li jbati minnha r-rikorrent bħala marda gravi u t-talba tiegħu ta’ ħlas ta’ 100 % tal-ispejjeż mediċi marbuta magħha;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy