8.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/36
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs UASI
(Kawża F-48/15)
(2015/C 190/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-proċedura ta’ evalwazzjoni 2013 kif ukoll tal-pjan ta’ irkupru adottat abbażi ta’ dan ir-rapport, u talba għad-danni bħala kumpens għad-dannu morali allegatament imġarrab.
Talbiet
—
jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni stabbilit għar-rikorrenti għas-sena 2013;
—
jannulla l-pjan ta’ irkupru adottat abbażi tar-rapport ta’ evalwazzjoni;
—
jikkundanna lill-UASI jikkumpensa d-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti, stmat għal EUR 10 000, bla ħsara għal żieda jew għal tnaqqis tal-ammont matul il-proċedura;
—
jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy