8.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/36
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-49/15)
(2015/C 190/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrenti s-sanzjoni dixxiplinari ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid għall-grad AST5, minkejja li r-rikorrenti kien inħatar fil-grad AD5, għal dikjarazzjonijiet imsejħa foloz sabiex jibbenefika mill-allowance ta’ reinstallazzjoni, kif ukoll mill-ħlas għall-ispejjeż taċ-ċaqliq.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy