8.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/37
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2015 – FS vs KESE
(Kawża F-50/15)
(2015/C 190/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: FS (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix ikkonfermata fil-pożizzjoni ta’ kap ta’ unità u talba għad-danni għad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Mejju 2014 tal-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) li ma tikkonfermax lir-rikorrenti fil-pożizzjoni ta’ kap ta’ unità;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Mejju 2014 intitolata “Nota Nru 2” li tassenja mill-ġdid lir-rikorrenti f’pożizzjoni mhux amministrattiva;
—
sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2014, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-21 ta’ Awwissu 2014;
—
jikkumpensa d-dannu materjali u morali tar-rikorrenti;
—
jikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy