8.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/37
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2015 – FR vs EASA
(Kawża F-51/15)
(2015/C 190/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: FR (rappreżentanti: L. Levi and A. Blot, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li tkeċċi lir-rikorrent fi tmiem il-perijodu ta’ prova tiegħu u talba għal kumpens fir-rigward tad-dannu materjali u morali allegatament subit.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Ġunju 2014;
—
sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2014;
—
bħala konsegwenza, jordna l-kumpens għall-preġudizzju materjali subit kieku r-rikorrent ma jkunx integrat mill-ġdid fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA);
—
jikkundanna lill-EASA tħallas kumpens għad-dannu morali subit, evalwat ex auquo et bono u provviżorjament għal EUR 5 800;
—
jikkundanna lill-EASA għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy