8.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/38
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-52/15)
(2015/C 190/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba għal estensjoni tas-servizz tar-rikorrent u, għaldaqstant, li tikkonferma l-irtirar obbligatorju ta’ dan tal-aħħar fil-31 ta’ Ottubru 2014, u t-talba għad-danni bl-interessi għall-preġudizzju materjali allegatament subit kif ukoll is-somma ta’ ewro bħala simbolu tal-kumpens għad-dannu morali allegat.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra tal-25 ta’ Ġunju 2014, li tiċħad it-talba għal estensjoni tas-servizz tar-rikorrent u, għaldaqstant, li tikkonferma l-irtirar obbligatorju ta’ dan tal-aħħar fil-31 ta’ Ottubru 2014;
—
tannulla, sa fejn dan ikun neċessarju, id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu, tal-10 ta’ Diċembru 2014 u nnotifikata lir-rikorrent fid-29 ta’ Diċmebru 2014;
—
tordna l-kumpens għad-dannu materjali subit mir-rikorrent li jirriżulta mid-deċiżjonijiet ikkontestati;
—
tagħti lir-rikorrent is-somma ta’ ewro bħala simbolu tal-kumpens għad-dannu morali tiegħu;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy