8.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/39
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-53/15)
(2015/C 190/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-ASTK li tiffissa d-drittijiet tar-rikorrent għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali mis-sena 2014, skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bir-Regolament Nru 1023 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra.
Talbiet tar-rikorrent
—
jiddikjara illegali u inapplikabbli l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jannulla d-deċiżjoni li tiffissa l-ammont ta’ rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali mogħti lir-rikorrent għas-sena 2014;
—
jikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy