29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/45
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-55/15)
(2015/C 213/73)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, prinċipalment, sa fejn hija neħħiet lir-rikorrent il-benefiċċju tal-allowance ta’ espatrijazzjoni, favur l-allowance tar-residenza barra mill-pajjiż, u, sussidjarjament, sa fejn ordnat l-irkupru ta’ somom allegatament indebitament imħallsa kif ukoll il-kumpens għad-danni morali u materjali subiti.
Talbiet
—
Prinċipalment, jannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2014, sa fejn hija neħħiet lir-rikorrent il-benefiċċju tal-allowance ta’ espatrijazzjoni, favur l-allowance tar-residenza barra mill-pajjiż, retroattivament mill-1 ta’ Lulju 2009;
—
sussidjarjament, jannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2014 sa fejn ordnat l-irkupru ta’ somom allegatament imħallsa indebitament;
—
jannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2015, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tat-12 ta’ Settembru 2014, jekk ikun meħtieġ, u fi kwalunkwe każ, b’mod iktar sussidjarju, sa fejn tirrifjuta li tnaqqas l-ammonti ta’ kull xahar miġbura skont l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jordna l-kumpens għad-dannu materjali tar-rikorrent;
—
jordna l-kumpens għad-dannu morali tar-rikorrent, stmat għal EUR 10 000;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy