29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/46
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-56/15)
(2015/C 213/74)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjonijiet li jnaqqsu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-pensjoni tar-rikorrenti, li jirrisjedu fid-Danimarka, kif tirriżulta mid-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni tagħhom tax-xahar ta’ Ġunju 2014 u kumpens għad-dannu morali allegatament imġarrab b’riżultat tal-informazzjoni diverġenti u kontradittorja għall-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjonijiet li jinsabu fid-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni ta’ Ġunju 2014 li permezz tagħhom il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-pensjoni tar-rikorrenti tnaqqas mill-1 ta’ Jannar 2014;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż u għall-ħlas ta’ ammont iffissat ex aequo et bono bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat.
Full & Egal Universal Law Academy