29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/48
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-59/15)
(2015/C 213/77)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li ma titħallasx l-allowance tal-firda mitluba mir-rikorrent wara t-tmiem tal-kariga tiegħu u sabiex jitħallsu danni għad-dannu allegatament subit.
Talbiet
—
jordna l-ħlas tal-allowance tal-firda mitluba, bl-interessi mis-26 ta’ Marzu 2014, data meta l-imsemmija allowance kellha titħallas, ikkalkolati abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti;
—
jikkumpensa d-dannu subit mir-rikorrent, stmat, bla ħsara għal żieda jew tnaqqis matul il-proċedura, għal somma ta’ EUR 4 275,80, flimkien mal-interessi mid-data tat-tressiq tal-ilment (jiġifieri s-16 ta’ Settembru 2014), ikkalkolati abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy