29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/49
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-62/15)
(2015/C 213/79)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjonijiet li jnaqqsu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-pensjoni tar-rikorrenti, li jirrisjedu fid-Danimarka, kif dan jirriżulta mid-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni tagħhom tax-xahar ta’ Ġunju 2014 u kumpens għad-danni morali allegatament sostnuti minħabba l-informazzjoni diverġenti u kontradittorja sabiex jiġu mmotivati d-deċiżjonijiet ikkontestati.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjonijiet li jinsabu fid-dikjarazzjoni tal-pensjoni ta’ Ġunju 2014 li permezz tagħha l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-pensjonijiet tar-rikorrenti ġie mnaqqas sa mill-1 ta’ Jannar 2014;
—
jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kif ukoll għall-ħlas ta’ ammont stabbilit ex aequo et bono bħala kumpens għad-danni morali kkawżati.
Full & Egal Universal Law Academy