6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/28
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – ZZ vs UASI
(Kawża F-63/15)
(2015/C 221/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: Heinrich Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut, tal-4 ta’ Ġunju 2014, li ttemm il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti, skont klawżola f’dan il-kuntratt ta’ xogħol.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-UASI kkomunikata b’ittra tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2014, li tikkonstata t-tmiem tal-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju mal-UASI b’avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ sitt xhur, li beda jiddekorri fl-4 ta’ Ġunju 2014;
—
jikkundanna lill-UASI jħallas lir-rikorrenti danni ta’ ammont xieraq stabbilit fid-diskrezzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għad-danni morali u immaterjali li hija sofriet minħabba d-deċiżjoni tal-UASI msemmija fl-ewwel paragrafu;
—
jikkundanna lill-UASI jirreintegra lir-rikorrenti b’mod sħiħ fil-progress tal-karriera tagħha li kienet tilħaq kieku kontinwament kompliet taħdem, u jikkumpensa lir-rikorrenti b’mod sħiħ għad-danni materjali li hija sofriet, b’mod partikolari permezz tal-ħlas tar-remunerazzjoni kollha li għadha trid titħallas u d-danni materjali l-oħra kollha kkawżati lir-rikorrenti mill-UASI minħabba l-aġir illegali tiegħu (wara li jkunu tnaqqsu l-allowances tal-qgħad li hija rċeviet);
—
sussidjarjament, fil-każ li, għal raġunijiet legali jew fattwali fis-sitwazzjoni inkwistjoni, ir-rikorrenti ma tiġix irreintegrata fl-impjieg tagħha u/jew ma tkomplix taħdem fil-kundizzjonijiet preċedenti, jikkundanna lill-UASI jħallas danni lir-rikorrenti għad-danni materjali li hija sofriet minħabba t-tmiem illegali tal-impjieg tagħha f’ammont ugwali għad-differenza bejn id-dħul effettiv mistenni tagħha meta mqabbel mad-dħul tagħha li kienet tirċievi kieku l-kuntratt ma ġiex mitmum, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-benefiċċji tal-irtirar u drittijiet oħra;
—
jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy