29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/50
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-67/15)
(2015/C 213/81)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix estiż it-tul tal-kuntratt tar-rikorrenti wara l-iskadenza tiegħu minkejja li kien qed joqrob it-tmiem tat-tqala tagħha.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni li ma testendix il-kuntratt li kien jiskadi fil-31 ta’ Awissu 2014;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-kawża.
Full & Egal Universal Law Academy