27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/49
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 – ZZ vs Frontex
(Kawża F-68/15)
(2015/C 245/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent li jirrigwarda s-sena 2009 u talba għad-danni għad-dannu morali allegatament sostnut.
Talbiet
—
jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-4 ta’ Lulju 2014 innotifikat lir-rikorrent fit-12 ta’ Lulju 2014, sa fejn dan jemenda r-rapport inizjali;
—
jikkundanna lill-Frontex tħallas lir-rikorrent EUR 4 000 bħala danni;
—
jikkundanna lill-Frontex għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy