27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/50
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-73/15)
(2015/C 245/63)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni li ma tingħatax allowance ta’ kuljum lir-rikorrent wara t-trasferiment tiegħu mill-Kummissjoni, fejn kien mibgħut mad-delegazzjoni tal-UE fil-Yemen, għall-Parlament Ewropew, fi Brussell.
Talbiet
—
Jannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-8 ta’ Lulju 2014;
—
Sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2015;
—
Jordna lill-Parlament jagħti lir-rikorrent l-allowance ta’ kuljum, biż-żieda tal-interessi kkalkolati mid-dati meta dawn is-somom kienu dovuti skont l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
Tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy