27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/51
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-76/15)
(2015/C 245/64)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell li tiċħad it-talba għal estensjoni tar-rikonoxximent tal-marda li minnha jbati iben ir-rikorrent bħala marda gravi u t-talba għat-teħid ta’ responsabbiltà 100 % tal-ispejjeż mediċi marbuta magħha.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Kap tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell, tat-8 ta’ April 2014, li tiċħad it-talba għal estensjoni tar-rikonoxximent tal-marda li minnha jbati iben ir-rikorrent bħala marda gravi u t-talba tiegħu għat-teħid ta’ responsabbiltà 100 % tal-ispejjeż mediċi marbuta magħha;
—
jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy