27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/51
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-77/15)
(2015/C 245/65)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li l-ħlas retroattiv tal-allowance tal-espatrijazzjoni jiġi limitat għal perijodu ta’ ħames snin, mid-data ta’ meta ġiet skoperta l-assenza ta’ ħlas ta’ din l-allowance u talba sabiex il-konvenuta tiġi ordnata tħallas l-interessi moratorji.
Talbiet
—
jannulla id-deċiżjoni tal-PMO li l-ħlas retroattiv tal-allowance tal-espatrijazzjoni, li bi żball ma kinitx tħallset sa mill-1 ta’ Settembru 2007, jiġi limitat għal perijodu ta’ ħames snin;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent l-allowances tal-espatrijazzjoni dovuti lilu sa mill-1 ta’ Settembru 2007 flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament miżjuda b’żewġ punti, fuq is-sommom diġà mħallsa lir-rikorrent bħala arretrati fuq ir-remunerazzjoni (allowance tal-espatrijazzjoni) u fuq dawk dovuti, mid-data ta’ meta dawn saru rispettivament dovuti, u, sal-ħlas sħiħ tagħhom;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy