24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/57
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs BĊE
(Kawża F-79/15)
(2015/C 279/73)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew li tagħlaq il-proċedura għar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda tar-rikorrenti u talba għad-danni għad-dannu morali u materjali allegatament sostnut.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
jikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħlas ta’ EUR 30 000 bħala danni materjali u morali sostnuti;
—
jikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għad-danni.
Full & Egal Universal Law Academy