10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/42
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-81/15)
(2015/C 262/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 45 u tal-Anness I tar-Regolamenti tal-Persunal u l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma jiġux inklużi fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-grad ta’ AST10 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni annwali 2014.
Talbiet
—
Prinċipalment: jikkonstata l-illegalità tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Anness I, kif ukoll tal-miżuri tranżitorji marbuta magħhom;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-14 ta’ Novembru 2014, li r-rikorrenti ma jiġux inklużi fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-grad ta’ AST10, fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni annwali 2014 prevista fl-Artikolu 45 tar- Regolamenti tal-Persunal;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
—
sussidjarjament: tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-14 ta’ Novembru 2014, li r-rikorrenti ma jiġux inklużi fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-grad ta’ AST10, fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni annwali 2014 prevista fl-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy