24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/59
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs BEI
(Kawża F-82/15)
(2015/C 279/75)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Isola u G. Isola, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni li l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent għal terapija bil-laser imwettqa fl-2007 ma jiġux irrimborsati u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjonijiet konsekuttivi u konnessi li l-Bank ħa fl-2014.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkomunikata fl-4 ta’ Diċembru 2014 u l-atti kollha konnessi, konsekuttivi u preċedenti, li fosthom hemm mingħajr ebda dubju l-ittri tal-BEI tat-8 ta’ Jannar 2014, 31 ta’ Jannar 2014, 14 ta’ Frar 2014, 24 ta’ Frar 2014, 30 ta’ April 2014 u 3 ta’ Lulju 2014, kif ukoll l-opinjoni tas-26 ta’ Frar 2008 u r-rapport maħruġ fl-Ottubru 2008 minn Dr M., konsulent mediku tal-Bank u fl-aħħar nett, l-opinjoni maħruġa minn Dr S. fis-6 ta’ Ottubru 2014;
—
tikkundanna lill-BEI jirrimborsa s-somma ta’ EUR 3 000, li tikkorrispondi għas-somma mħallsa mir-rikorrent għal terapija bil-laser imwettqa fid-29, 30 u 31 ta’ Ottubru 2007, u l-21, 22 u 23 ta’ Novembru 2007, kif ukoll għal kumpens ġust tad-danni morali, flimkien mal-interessi u l-kumpens għall-inflazzjoni fuq is-somom rikonoxxuti.
—
sussidjarjament, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tħallas is-somma ta’ EUR 3 000 bħala kumpens għad-dannu subit mir-rikorrent minħabba d-dispożizzjonjiet ambigwi tagħha, flimkien mal-interessi u l-kumpens għall-inflazzjoni.
—
tikkundanna lill-BEI u lill-Unjoni Ewropea għall-ħlas in solidum ta’ kumpens ġust għad-danni morali kif ukoll għall-ispejjeż tal-kawża.
Full & Egal Universal Law Academy