24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/60
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-84/15)
(2015/C 279/77)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad sussegwenti (AD 12) fil-proċedura ta’ promozzjoni tal-2014 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad sussegwenti (AD 12) fil-proċedura ta’ promozzjoni tal-2014;
—
jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy