24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/61
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs BĊE
(Kawża F-86/15)
(2015/C 279/78)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Laure u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-ammissjoni tar-rikorrent għall-programm “Sostenn għat-tranżizzjoni fil-karriera” tal-BĊE u talba għal kumpens fir-rigward tad-dannu materjali u mhux materjali allegatament sostnuti.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-grupp Sostenn għat-Tranżizzjoni fil-Karriera (STK) tat-18 ta’ Awissu 2014, li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrent għas-STK;
—
tagħti kumpens lir-rikorrent għad-dannu materjali li sostna, li jikkonsisti fil-pakkett finanzjarju STK, stmat għal EUR 1 01 447, flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda bi 3 punti;
—
tagħti kumpens lir-rikorrent għad-dannu morali li sostna, stmat għal EUR 10 000;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy