10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/43
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-87/15)
(2015/C 262/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix estiż ir-rikonoxximent tal-istat ta’ marda gravi tat-tifla tar-rikorrent u kumpens għad-dannu morali u materjali allegatament sostnut.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Awissu 2014 tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell, li tirrifjuta li testendi r-rikonoxximent tal-istat ta’ marda gravi għall-marda tat-tifla tar-rikorrent;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-5 ta’ Marzu 2015, li tiċħad l-ilment tal-24 ta’ Novembru 2014 tar-rikorrent;
—
tordna kumpens għad-dannu materjali u għad-dannu morali tar-rikorrent;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy