24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/61
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-88/15)
(2015/C 279/79)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropa
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad segwenti (AD 12) fir-rigward tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014 tal-Kummissjoni Ewropea u talba għad-danni għad-dannu morali allegatament subit.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 12 hekk kif jidher fil-lista ppubblikata fl-14 ta’ Novembru 2014 kif ukoll ir-risposta tal-Awtorità tal-Ħatra għall-ilment tal-5 ta’ Marzu 2015;
—
tagħti ammont ta’ EUR 10 000 għad-dannu morali subit;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-kawża.
Full & Egal Universal Law Academy