7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/83
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-92/15)
(2015/C 294/100)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni li tevalwa mill-ġdid ir-rata ta’ invalidità parzjali permanenti tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni li tirrifjuta parzjalment l-ilment tar-rikorrent u t-talba intiża bħala kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament sostnut.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ Ottubru 2014, peress li dan tal-aħħar tiffissa r-rata ta’ invalidità parzjali permanenti tar-rikorrent għal 6 8,5 %;
—
tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Marzu 2015, li tiċħad parzjalment l-ilment tar-rikorrent tat-13 ta’ Jannar 2015;
—
tordna l-kumpens għad-dannu finanzjarju sostnut mir-rikorrent;
—
tordna l-kumpens għad-dannu morali sostnut mir-rikorrent li huwa stmat għal EUR 1 10 000;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy