7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/84
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-96/15)
(2015/C 294/103)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tal-proposta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika għad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, u t-talba li l-konvenuta tiġi kkundannata għall-ħlas ta’ ewro proviżjonali li għandu jiġi kkalkulat fuq il-preġudizzju allegatament subit mir-rikorrent.
Talbiet
—
jiddikjara bħala illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-15.7.2011 tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Ottubru 2014 li jittejjbu d-drittiijet tal-pensjoni akkwistati mir-rikorrenti qabel id-dħul fis-servizz tiegħu, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn tal-aħħar fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-15.7.2011;
—
sussidjarjament, jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ ewro proviżjonali li għandu jiġi kkalkulat fuq il-preġudizzju allegatament subit mir-rikorrent;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy