7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/85
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-97/15)
(2015/C 294/104)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni finali ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, tat-3 ta’ Marzu 2011.
Talbiet
—
jiddikjara illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Ottubru 2014 li tikkonferma t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul fis-servizz tiegħu b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, tat-3 ta’ Marzu 2011;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy