7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/86
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-98/15)
(2015/C 294/105)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2014, li kkonfermat lir-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu ta’ kap ta’ unità, sa fejn din id-deċiżjoni ma tipprevedix ir-rikonoxximent retroattiv tal-istatus ta’ kap ta’ unità u l-għoti retroattiv taż-żieda fis-salarju bażiku għall-pożizzjoni tiegħu (allowance għall-pożizzjoni maniġerjali), u talba għad-danni fir-rigward tad-dannu materjali u morali mġarrab.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla l-Arikolu 2 tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2014, sa fejn dan jipprevedi li ż-żieda fis-salarju bażiku marbuta man-nomina tar-rikorrent bħala kap ta’ unità jkollha effett biss wara perijodu ta’ disa’ xhur;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Marzu 2015, irċevuta fl-24 ta’ Marzu 2015, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tad-29 ta’ Awwissu 2014;
—
jikkumpensa d-dannu materjali u finanzjarju lir-rikorrent;
—
fi kwalunkwe każ, jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy