14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/41
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs BEI
(Kawża F-100/15)
(2015/C 414/51)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Isola u G. Isola, avukati)
Konvenuta: Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament, minn naħa, tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2013 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjonijiet konsekuttivi u konnessi tal-BEI bħad-deċiżjoni li ma jiġix promoss għall-grad D kif ukoll kumpens għad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.
Talbiet
—
Jannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2014 tal-kumitat tal-appelli u jibgħat lura l-proċess quddiem dan tal-aħħar wara li jiġu stabbiliti l-kriterji li magħhom għandu jikkonforma ruħu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni l-ġdida;
—
Jannulla l-linji gwida stabbiliti mid-Direttorat tar-riżorsi umani fin-nota “Guidelines to the 2013 annual staff appraisal exercise”, sa fejn dawn jipprevedu li l-evalwazzjoni finali għandha ssir permezz ta’ sunt verbali, iżda mingħajr qatt ma stabbilixxew id-dikjarazzjonijiet korrispondenti;
Sussidjarjament:
—
Jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni 2013 fl-intier tiegħu (fil-parti evalwazzjoni, sa fejn ma jagħtix lir-rikorrent il-marka “exceptional performance” jew “very good performance” u ma jipproponihx għall-promozzjoni għall-grad D, u, fl-aħħar nett, sa fejn ma jipprevedix l-iżvilupp tal-karriera tiegħu u ma jistabbilixxix l-għanijiet tiegħu għas-sena 2014);
—
Jannulla l-atti konnessi, konsekuttivi u preċedenti kollha, inklużi l-promozzjonijiet ippubblikati permezz tan-nota “Performance Evaluation exercise 2013 – List of promotions and awards” li tqassmet fil-31 ta’ Marzu 2014;
—
Jikkonstata l-fastidju li għalih kien suġġett;
—
Jikkonstata r-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea talli inċitat il-fastidju u talli kisret ir-regoli dwar “smigħ xieraq”;
—
Jikkundanna lill-konvenuti għall-ħlas in solidum ta’ kumpens xieraq għad-danni fiżiċi, morali u materjali deskritti b’mod iddettaljat fil-punti 112 sa 120 iktar ’l isfel;
—
Jikkundanna lill-konvenuti għall-ħlas in solidum tal-interessi moratorji u kumpensatorji u ta’ kumpens għall-effett ta’ inflazzjoni fuq is-somom mogħtija;
—
Jikkundanna liż-żewġ konvenuti għall-ħlas tal-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy