14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/70
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs SEAE
(Kawża F-101/15)
(2015/C 302/86)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD13 fir-rigward tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi fir-rigward tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014 sa fejn hija ma tinkludix isem ir-rikorrent;
—
jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy