14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/70
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs KESE
(Kawża F-102/15)
(2015/C 302/87)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjonijiet tal-KESE li jiċħdu t-talba għal aċċess għal dokumenti mressqa mir-rikorrent kif ukoll il-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali allegatament imġarrab.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjonijiet tal-10 ta’ Settembru 2014 u tad-19 ta’ Novembru 2014, li jiċħdu t-talba għal aċċess għal dokumenti mressqa mir-rikorrent fit-12 ta’ Ġunju 2014, ikkompletata bit-talbiet tat-23 ta’ Settembru, 20 u 30 ta’ Ottubru 2014;
—
jannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Marzu 2015, li wasslet fil-31 ta’ Marzu 2015, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-1 ta’ Diċembru 2014;
—
jordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent stmat għal EUR 10 000;
—
jikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy