28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/53
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – ZZ u ZZ vs CEPOL
(Kawża F-105/15)
(2015/C 320/73)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: CEPOL (Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-CEPOL li bihom aċċetta r-riżenja taż-żewġ rikorrenti wara r-rifjut tagħhom li jaħdmu fis-sede l-ġdida tal-aġenzija, f’Budapest (l-Ungerija), u talba għall-kumpens għad-danni materjali u morali allegati mir-rikorrenti.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjonijiet tal-CEPOL tat-22 ta’ Diċembru 2014 li bihom dan “aċċetta” r-riżenja taż-żewġ rikorrenti;
—
sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjonijiet tal-CEPOL tal-10 ta’ April 2015 li jiċħdu l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti bejn it-13 ta’ Jannar u s-17 ta’ Frar 2015 kontra d-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq;
—
tordna l-kumpens għad-dannu materjali subit mir-rikorrenti;
—
tordna l-kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrenti;
—
tikkundanna lil-CEPOL għall-ispejjeż esposti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.
Full & Egal Universal Law Academy