28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/54
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-108/15)
(2015/C 320/75)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: N. de Montigny, J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita għal ħames snin il-perijodu ta’ kalkolu mill-ġdid retroattiv tal-allowance b’rata fissa għal sigħat addizzjonali li għalihom ir-rikorrenti għandhom dritt.
Talbiet
—
Tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Settembru 2014 ta’ PMO.1 li tillimita l-ħlas tal-adattament tal-allowance b’rata fissa għal sigħat addizzjonali li għalihom huma għandhom dritt mill-1 ta’ Marzu 2007 u l-1 ta’ Marzu 2008 rispettivament, għal ħames snin mill-1 ta’ Settembru 2008, data tal-iskoperta minn PMO tal-iżball ta’ kalkolu tar-remunerazzjoni tagħhom;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti l-adattament tal-allowance b’rata fissa għal sigħat addizzjonali mill-1 ta’ Marzu 2007 u 2008 rispettivament wara li jitnaqqsu s-somom diġà mħallsa u jiżdiedu l-interessi moratorji kkalkolati fuq l-arretrati tal-imsemmija allowance kkalkolati mill-iskadenza tagħhom sal-ħlas effettiv tagħhom bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament miżjuda b’żewġ punti;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy