5.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/36
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-109/15)
(2015/C 328/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Wolff, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax allowance ta’ installazzjoni.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Kap tad-Diviżjoni “Drittijiet individwali u remunerazzjonijiet”, mogħtija fit-12 ta’ Diċembru 2014, kif ukoll id-deċiżjoni tal-konvenut tal-20 ta’ April 2015;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ allowance ta’ installazzjoni fl-ammont ta’ EUR 21 688,20, flimkien mal-interessi legali, dekorribbli mill-preżentata tar-rikors; u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy