5.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/36
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-110/15)
(2015/C 328/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tal-proposta ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrent fis-sistema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali l-ġodda ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, u l-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ ewro provviżorju sabiex tiġi invokata l-ħsara allegatament subit.
Talbiet
—
jiddikjara bħala illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-15.07.2011 tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-10 ta’ Marzu 2015 li jiġu akkreditati d-drittijiet għal pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fis-sistema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-15.07.2011;
—
sussidjarjament, jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ ewro provviżorju sabiex tiġi invokata l-ħsara subita mir-rikorrent;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy