5.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/37
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs UASI
(Kawża F-116/15)
(2015/C 328/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi ttrasferit mid-dipartiment “Kooperazzjoni internazzjonali u Affarijiet legali” għad-dipartiment “Attivitajiet prinċipali”.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-UASI, tat-2 ta’ Ottubru 2014, li biha r-rikorrent ġie ttrasferit mid-dipartiment “Kooperazzjoni internazzjonali u Affarijiet legali” għad-dipartiment “Attivitajiet prinċipali”.
—
jikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy